The coat of arms featuring a standing bale of wheat with two scythes above it


  English
Sannat Local Council
  
  Storja u Kultura ta' Sannat
Dħul ghar-raħal ta' SannatSannat hu raħal ħlejju fin-nofsinhar ta' Għawdex u li jibda fit-truf tal-wita li tinżel ħelu ħelu mir-Rabat u jintemm fit-truf tal-wesgħa blat għoli msejħa ta' Ċenċ. Kif inhu llum għandu b'kollox area ta' 3.77 kilometru kwadru, jiġifieri 5 fil-mija tal-gżira. Min-naħa tal-punent jmiss mal-Munxar u mil-Lvant max-Xewkija.

  
L-Arma ta' SannatL-arma ta' Sannat, bħal ħafna mill-armi tal-irħula Għawdxin, saret fl-okkażjoni taż-żjara tal-Prinċep ta' Wales bejn is-6 u l-10 t'April, 1876. Din l-arma ġiet imfassla u mpittra mill-professur Nikolo' Zammit (1815-1899) li kien tabib, filosfu, arkitett u pittur. Din l-arma tikkonsisti f'qatta' qamħ wieqfa u żewg imnieġel fuq. Zammit qisu jrid jagħtina x'nifhmu li fl-imgħoddi hawn kien jinżara ħafna qamħ.

  
L-motto ta'Sannat aktarx li ġie miktub mill-istudjuż u l-antikwarju Għawdxi Lorenzo Zammit Haber (1876-1959) mix-Xewkija. Dan il-motto jgħid hekk:
"Labor Ante Omnia"

li jfisser:
"ix-xogħol qabel kollox".


Itla 'l fuq

Sannat_Local_Council
Sannat_Local_Council
Sannat_Local_Council
| Drittijiet - 2004 |
| Disclaimer (Malti) |
| Segretezza Personali |
| Għajnuna |
| Mistoqsijiet |
| Mappa tas-sit |
| DOI |
| GOV.MT |
Created by Liquid Studios Ltd.