|
Fl-ewwel ġimgħa ta’ Settembru l-Kunsill organizza Barbeque għall-anzjani fil-bajja ta’ Mġarr ix-Xini.
Fix-xahar ta’ Ottubru, il-Kunsill bil-kollaborazzjoni mad-Dipartiment tas-Saħħa, offra b’xejn it-Tilqim ta’ l-Influenza għal-anzjani l-fuq minn 65 sena, għall-persuni b’diżabilita jew b’mard kroniku. It-tilqim ingħata fil-berġa tar-raħal u f’ċerti ċirkostanzi ngħata fid-djar ta’ l-individwu.
Fit-Tieni ġimgħa ta’ Diċembru, il-Kunsill flimkien mal-Kunsill Skolastiku tellgħa wirja ta’ Presepji fis-Sala ta’ l-Iskola Primarja Profs Ġuże Aquilina. Il-presepji saru mill-istudenti flimkien mal-ġenituri tagħhom. Ħadu sehem il-fuq minn 170 student. Kien hemm presepji b’diversi temi, disinni u magħmula minn materjal divers. 44 presepju ġew magħżula mill-Għaqda Ħbieb tal-Presepju biex itellgħu għal wiri fis-Sala tal-Ministeru għal Għawdex. Il-parteċipanti ingħataw ktieb u ċertifikat bħala tifkira.
Fis-16 ta’ Diċembru l-Kunsill ġie mistieden biex jieħu sehem fil-’Prize Day’ fl-iskola Primarja Ta’ Sannat. Bħal kull sena il-Kunsill jofri kotba li jiġu mqassma mis-Sindku għal din l-okkażżjoni.
Nhar it-Tlieta 21 ta’ Diċembru 2004 l-anzjani ttieħdu iżuru diversi presepji kemm statiċi kif ukoll mekkaniċi, li kienu esebieti madwar il-Gżira Għawdxija. Wara ittieħdu jieklu fir-’Respite Centre’ Għ’Sielem, fejn anke ġew mdawwra mal-bini u ġie spjegat lilhom is-servizzi li jiġu offruti f’dan iċ-ċentru.
Matul il-jiem tal-festi tal-Milied ul-Ewwel tas-Sena bħal snin qabel ġew mqasma hampers lill-anzjani tar-raħal tagħna.
Nhar it-Tlieta 28 ta’ Diċembru, il-Kunsill Lokali bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Parrokjali organizza l-party tal-Milied għat-tfal tar-raħal.
Nhar it-Tlieta 28 ta’ Diċembru 2004 ġie mtella’ il-25 Festival tal-Korijiet tal-Milied fil-Knisja Parrokjali ta’ Sannat. Din l-attivita kienet organizzata mis-Segretarjat għall-Edukazzjoni u Kultura tal-Kurja ta’ Għawdex. Ħadu sehem 7 korijiet minn diversi irħula madwar Għawdex li kantaw diversi biċċiet mużikali u anke carols li jgħoddu għal dawn iż-żmenijiet ta’ festi.
|