Mġarr ix-Xini Regional Park
Il-Kunsill Lokali ta' Sannat flimkien mal-Kunsill Lokali tax-Xewkija qegħdin jaħdmu flimkien biex jiżviluppaw il-wied ta' Mġarr ix-Xini. Il-pjan hu:
li jitnaddfu l-passaġġi li jagħtu għall-wied biex jkun aċċessibli għall-pubbliku,
li jinbnew ħitan tas-sejjieħ li jinsabu mad-dawra ta' dawn l-inħawi,
li jitpoġġew postazzjonijiet b'informazzjoni dwar il-wied u l-ħlejjaq u xtieli li jeżistu ġewwa fih,
li tinġabar informazzjoni dwar l-istorja l-arkeoloġija u partijiet storiċi li jinsabu f'dawn l-inħawi u tiġi ippubblikata,
li inħajru studenti li jkunu jistgħu jattendu biex jagħmlu studji u riċerka fuq il-fawna u l-flora li jinsabu f'dan il-wied,
li ssir ħidma biex tiġi restawrata l-pompa tal-ilma li tinsab f'dan il-wied u li kellha funzjoni importanti fil-bidu tas-seklu l-ieħor.
Aghfas hawn biex tara l-pjan tal-progett.
Aghfas hawn biex tara r-ritratti ta' skavar li sar fit-2005.
Hawn taħt jinsabu diversi ritratti mill-wied ta' Mġarr ix-Xini li fosthom hemm ritratti tal-pumping station l-antika kif ukoll ritratti ta' siti storiċi oħra.
Itla 'l fuq