Nhar l-Erbgħa 5 ta' Jannar 2005, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ttellgħet il-Musicle 'Oliver' fis-sala ta' l-iskola Primarja Profs Ġuże Aquilina. Id-diretturi ta' dan il-musicle li hu marbut ħafna ma' dawn iż-żmenijiet huma s-sur Ġorġ Mizzi u s-Sinjura Mariella Spiteri. Ħadu sehem l-istudenti kollha li jattendu f’din l-iskola, inkluż uħud mit-tfal li jattendu fl-Ispecial Unit.
Il-Karnival ġewwa Sannat
Nhar it-Tnejn 7 ta’ Frar 2005 ġie organizzat il-Karnival fir-raħal ta’ Sannat. Il-Programm beda fis-6.00pm b’defile bil-karrijiet karnivaleski, ikkuluriti u b’movimenti mekkaniċi minn Triq Sannat. Ħadet sehem ukoll il-Banda Santa Margerita li daqqet diversi marci ghall-okkazzjoni.
Mexxew is-serata fil-pjazza żewġ kantanti magħrufa mir-raħal, is-sur Teddy Żammit u s-Sinjorina Margaret Camilleri. Ħadu sehem diversi gruppi mill-iskejjel Għawdxin, fosthom grupp mill-Iskola Primarja ta’'Sannat. Gruppi taż-żgħar ħadu sehem il-grupp mill-Għaqda Drammatika ta' Sannat bl-isem, 'Fil-pjazza ta’ Sannat iltqajna u festa orjentali ċċelebrajna'.
Gruppi oħra li ħadu sehem kienu mill-grupp żgħażagħ San Franġisk, grupp Ortatorju, mix-Xewkija u mix-Xagħra. Attrazzjoni speċjali kienu l-Grupp tal-kbar mill-Għaqda Drammatika ta' Sannat, bid-danza, 'Fit-Tempju Lkoll Iltqajna. Żfina , Ippużajna u lilkom Spettaklu Tajna.'
Grupp ieħor mir-raħal tagħna 'Id-Daqqaqa taż-Żafżafa, L'Argunett u t-Tamburett' ta ukoll spettaklu b’mużika folkloristika, waqt il-kompetizzjoni tal-kostumi u tal-maskarati spontanji. Din is-sena l-maskarati spontanji kienu ferm akbar fl-ammont u kienu ferm organizzati. It-temma folkloristika tkompliet ukoll b'danza 'hilarious' minn grupp mill-Għaqda Drammatika Sannat.
Fl-aħħar tas-serata, is-Sindku Carmel Camilleri ppreżenta trophies lir-rebbieħa tal-kostumi u maskri spontanji.
Seminar dwar: "Is-Saħħa u l-Mara"
Nhar it-Tlieta 5 ta’ April, l-Isptar Saint James flimkien mal-kumpanija Schering, u bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali organizza seminar ta’ nofs ta’ nhar dwar 'Is-Saħħa u l-Mara'. Dan is-seminar ġie organizzat fis-sala ta’ Palazzo Margerita.
Fis-Seminar ġew diskussi punti mportanti għas-saħħa u l-kwalita ta’ ħajja tal-mara. Il-punti prinċipali li ġew diskussi kienu; "Hormonal Replacement Therapy", "Breast Screening", u "Nutrition". Il-kelliema kienu l-ispeċjalisti Dr Kathryn Borg, Dr Isabel Stabile, u Dr Salvina Zrinzo.
Jum Sannat
Fl-okkazzjoni ta' Jum it-twaqqif tal-parrocca, il-Kunsill Lokali pprepara programm ta' attivitajiet biex infakkru dan il-jum specjali ghas-Sannatin kollha ,it-28 ta' April-Jum Sannat.
Nhar is-Sibt 23 ta' April 2005 ittellghet lejla Muziko-Letterarja fis-sala ta' l-iskola Profs Guze' Aquilina. Hadet sehem fost l-ohrajn il-Banda Santa Margerita V.M. li daqqet diversi bicciet muzikali, fosthom ‘Bells Across The Meadows', ‘I will Follow Him', ‘My Way' u ‘La Cumparsita'. Uhud minn dawn is-siltiet muzikali nghataw lil banda taghna minn socjetajiet muzikali ‘l barra minn xtutna. Dan qieghed isehh permezz ta' kuntatti li membri ta' din is-socjeta qeghdin izommu ma' socjetajiet muzikali fosthom, ta' Montefiascone u Cerreto Laziale fl-Italja. Huma fethu s-serata billi daqqu l-Innu lil Ghawdex. Mexxew is-serata s-Sur Jason Curmi u s-Sinjura Rose Fava.
Monsinjur Lawrence Sciberras qara poezija miktuba ghal din l-okkazzjoni, ‘Lill-Rahal Twelidi'. Filwaqt li hadu sehem ukoll iz-zewg kantanti Teddy Zammit u Margaret Camilleri li kantaw diversi kanzunetti Maltin fosthom, ‘Storja bejn Tnejn', ‘Mid-Djarju Tieghi', ‘Riflessi' u ‘Art Twelidi'. Dawn il-kanzunetti kellhom kliem u muzika ta' Teddy Zammit stess. Dawn il-kanzunetti ippartecipaw bihom fil-‘festivals' l-Ghanja tal-Poplu.
Ghat-tieni sena konsekuttiva gie moghti l-premju Gieh Sannat. Dan hu mezz ta' ringrazzjament u apprezzament lil dawk l-individwi li b'kitbiethom u b'hidmiethom kienu u ghadhom impenjati li jaghmlu unur lir-rahalna. Bhas-sena l-ohra kellna diversi nomini. L-impenn ta' kull wiehed minn dawn in-nominati jixraqlu kull tifhir, u apprezzament.
Il-persuni nominati kienu:
Mons Lawrence Sciberras
Mons Anton Saliba
Dun Anton Bajada
Dun Anton Mizzi
Is-Sur Joseph Curmi (mejjet)
Ghaqda Drammatika Sannat
Sotto Kumitat Karnival fi hdan l-Ghaqda Drammatika Sannat.
Barra dawn, hemm individwi u gruppi ohra li jaghmlu sforzi kbar biex igibu r-rahal taghna l-quddiem, izda sfortunatament hafna nies ma jafux bihom.
Ghal din is-sena Gieh Sannat gie moghti lil Dun Anton Mizzi. Is-Sindku ghamel diskors ta' l-okkazzjoni fejn spjega l-impenn tal-kunsill lokali li jsahhah il-kultura ta' rahalna, u l-incentivi li joffri minn zmien ghal zmien biex is-Sannatin jkunu jistghu jesebixxu t-talenti taghhom. Enfasizza l-importanza ta' l-ghaqda u l- hidma kollettiva biex il-kultura u t-tradizzjoni ta' rahalna tikber u tisahhah.
Is-serata spiccat bid-daqq ta' l-Innu Malti mill-Banda Santa Margerita V.M.
Attivitajiet ta' Jum Sannat u Sports Day
Nhar il-Ħamis 28 ta’ April 2005 saret attivita kbira fl-iskola. L-għaqdiet prinċipali tar-raħal ġew mistiedna biex itellgħu ‘item’ fl-iskola quddiem l-istudenti. L-iskop kien li jiġi spjegat lill-istudenti l-ħidma ta’ dawn l-għaqdiet. Ħadu sehem membri ta’ l-Għaqda Drammatika Sannat, Sannat Lions FC u tal-Banda Santa Margerita.
L-Litems' li gew imtellgha mill-istudenti kienu kollha marbuta ma' Jum Sannat, mal-kultura tar-rahal, ma tradizzjonijiet, is-snajja li nsibu u mhux l-anqas mal-gemellag li l-Kunsill ghamel ma' Pisoniano.
Wara saret ‘sports day' li fiha hadu sehem l-istudenti kollha ta' l-iskola Profs. Guze Aquilina u ta' l-Ispecial Unit. Kellna wkoll mistiedna grupp ta' studenti mill-iskola ta' Hal Lija Malta, li anke hadu sehem f'din l-attivita'. Sar anke xi loghob bejn il-genituri u l-ghalliema ta' din l-iskola.
Nhar il-Hamis 28 ta' April 2005 giet iccelebrata quddiesa bis-sehem tal-Kor ‘Ulied Margerita' b'tifkira ta' Jum il-Parrocca.
Nhar it-Tlieta 3 ta' Mejju 2005 il-kunsill organizza harga ghal Malta ghal persuni l'fuq minn 50 sena. Morna l-Monti tal-Birgu, u wara nzilna nzuru l-bajja Pittoreska ta' Marsaxlokk. Filghaxija zorna l-‘Freeport" fejn permezz ta' gwidi specjali gejna mdawra mal-kumpless kollu u gejna spjegati x-xoghol li jsir.
Transplant Support Group
Il-Kumitat tat-Transplant Support Group, bil-kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali ta’ Sannat, organizza quddiesa ta’ ‘Radd il-Hajr’ fil-Parroċċa ta’ Santa Margerita. Waqt il-quddiesa rapreżentanti ta’ dan il-kumitat tkellmu dwar il-ħidma tagħhom, u dwar kif persuna tista’ tagħti l-kunsens biex wara mewta jkunu jistgħu jitteħdulha organi biex isalvaw ħajjiet oħra.
Ħafna jsibu konsolazzjoni li wara mewthom jistgħu jagħtu diversi organi tagħhom u b’hekk ikunu qed jgħinu lil għadd ta’ persuni jkomplu jgħixu jew itejbu l-kwalita tal-ħajja tagħhom. Forsi xi uħud isibuha diffiċli jitkellmu dwar l-għoti ta’ organi wara l-mewt. Lanqas mhi faċli għall-qraba ta’ min miet biex jiddeċiedu li jagħtu l-organi ta’ l-għeżież tagħhom. Id-donazzjoni ta’ l-organi hija att ta’ ġenerożita li l-Knisja tfaħħar.
Fl-Uffiċju tal-Kunsill Lokali ta’ Sannat wieħed jista’ jsib ‘leaflet’ b’informazzjoni u applikazzjoni biex japplika bħala donatur ta’ l-organi.
Għal aktar tagħrif wieħed jista’ jċempel:
Intensive Therapy Unit (ITU) 21242292
Renal Unit(SLH) 25951236
Transplant Support Group 21 223026 – 21826712
Kumitat ta’ Azzjoni
Wara diversi diskussjonijiet bejn rapreżentanti tal-Kunsill Lokali u Għalliema fl-iskola Primarja ta’ Sannat, inħasset il-ħtieġa li jinħoloq Kumitat ta’ Azzjoni li jkun jista’ jaħdem qalb l-istudenti, iż-żgħażagħ u anke l-ġenituri. L-għan prinċipali hu li ngħinu fl-iżvilup tat-tfal tagħna u ngħinu lill-ġenituri biex ikunu kapaċi jifhmu lill-uliedhom u jgħinuhom.
Dan il-kumitat hu magħmul minn rapreżentanti ta’ l-ghalliema, tal-kunsill skolastiku, tal-Kunsill Lokali, tal-Kunsill Parrokjali, superjur tal-museum, u rapreżentanti ta’ l-għaqdiet prinċipali tar-raħal. Kellna diversi laqgħat fosthom ma rapreżentanza tal-ġenituri, li wrew interess kbir u esprimew l-idejat tagħhom.
Il-pjan immedjat kien li jsir seminar ta’ ġurnata għall-istudenti tas-sitt sena li s-sena d-dieħla ser jattendu l-iskola sekondarja u anke għal ġenituri tagħhom. Dan is-seminar sar fid-Dar Ġużeppa Debono f’Għ’Sielem. Ġew diskussi diversi punti ta’ interess li jolqtu lil dawn l-istudenti li deħlin għall-proċess ta’ l-adoloxxenza, li jġib miegħu taqlib kbir fl-iżvilup tagħhom.
Hemm ippjanat li għal bidu ta’ Settembru jinħareġ program għas-sena kollha, li fih jkun spjegat x’attivitajiet ser isiru. L-iskop hu li jiġu nvoluti t-tfal mill-kindergarden il-fuq u l-ġenituri tagħhom. L-attivitajiet ser jinvolvu seminars edukattivi, laqgħat importanti minn psikoloġisti, social workers u persuni mħarġa sewwa fl-iżvilupp ta’ tfal, attivitajiet sportivi u kulturali. Fil-ġranet tas-sajf għat-tfal tal-kinder u year 1 ġew organizzati Story Telling, filwaqt li għall-istudenti l-oħra ser jkun hemm Skola Sajf. Għall-istudenti minn Form 1 il-fuq, ġew organizzati korsijiet fl-aerobics, fil-parċmina u fil-crafts.
L-Infjorata
X’inhi l-infjorata?
Fir-raħal ta’ Pisoniano li r-raħal tagħna hu ġemellat miegħu, nhar il-Ħadd 29 ta’ Mejju ġie iċċelebrat il-‘Corpus’. F’dan il-jum issir purċissjoni madwar it-triqat prinċipali tar-raħal li fiha jieħdu sehem il-Fratellanzi kollha tar-raħal. Attrazzjoni speċjali ta’ kull sena tkun, tapit ta’ diversi metri magħmul minn kwadri bil-fjuri tul it-triq priċipali tar-raħal. Din is-sena, nkwadru minnhom kien jirrapreżenta l-iffirmar tal-ġemellaġ bejn iż-żewġt irħula.
Restawr tal-Kalkara tal-Ġir
Fil-jiem li għaddew beda r-restawr tal-binja storika li tinsab fi Triq Sannat. Din il-binja li nbniet qrib is-sena 1880 u għal diversi snin serviet bħala mitħna tad-dħin. Madwar is-sena 1920 l-apparat tad-dħin ġie żmuntat minn fuq din il-binja u ttieħed fil-mitħna tal-Qala. Il-mitħna ta’ Sannat bdiet tintuża bħala Kalkara tal-Ġir. Dan minhabba l-fatt li fl-inħawi kont issib diversi barrieri tal-gebel u il-gir kien jintuza ħafna għall-industrija tal-bini.
L-iskop tar-restawr hu li l-Kunsill jkollu s-sodisfazzjoni li binja storika fir-raħal jwaqqafha milli tkompli tinqered, tibqa mwaqfa u tkun tista’ tintuża bħala mużew. Ghal dan il ghan il-BOV għaddielna sponser ta’ Tlett mitt lira. Barra minn hekk il-Ministeru ghal Għawdex offrielna l-ħaddiema u s-servizz tal-Perita responsabli mir-restawr Ivana Farrugia. Il-Kunsill talab liċ-Charmain tal-MEPA biex jgħaddielna fondi għar-restawr mill-‘planning gain fund’, li sa issa għadhom ma ġewx.
Ghal aktar dettalji, ara s-sezzjoni tax-Xoghlijiet 2005 taht s-sezzjoni tal-Kunsill Lokali.
Gnien il-Vittmi Tal-Gwerra.
Il-fanali li kien hemm madwar il-Ġnien il-Vitmi tal-Gwerra ma setgħux jinxtegħlu minħabba li dan il-proġett ma kienx ġie approvat mill-MEPA u għalhekk ma kienux nħarġu permessi. Saru sforzi kbar u anke laqgħat mal-perit tal-MEPA biex kollox jiġi regolarizzat. Fl-aħħar ta’ Ġunju 2004 inħareġ il-permess biex isir ix-xogħol. Il-kunsill ġie marbut b’kapparra ta’ Lm500 biex ix-xogħol isir skond kif kien mitlub mil-MEPA. Instab li ried isir tibdil konsiderevoli fix-xogħol li kien sar. Il-Kunsill appella biex jipprova li l-permess jinħareġ fuq ix-xogħol li kien sar. Sfortunatament dan ma rnexxielux jagħmlu u kellu jagħmel tibdil konsiderevoli f’dan il-proġett biex setgħa jingħata l-‘compliance certificate’ u jkun jista’ jingħata d-dawl lil-fanali li hemm mdawra ma dan il-ġnien. Fil-fatt kien il -21 ta’ Lulju 2005 meta dawn il-fanali fl-aħħar inxtegħlu.
Wirja Talent Fil-Kalkara.
Nhar il-Ġimgħa s-Sibt u l-Ħadd l-1, 2 u 3 ta’ Lulju ttellgħet wirja ta’ talent fis-sala parrokjali tal-Kalkara. F’din il-wirja ħadu sehem diversi persuni mill-Kalkara u minn ta’ Sannat. Kien hemm diversi xogħlijiet ta’ livel, fosthom pittura, parċmina, bizzilla, ganutel, mudelli ta’ l-injam, xogħol fit-tafal u l-bronż.
L-innawgurazzjoni uffiċjali saret il-Ħadd 3 ta’ Lulju 2005. Saru diskorsi mis-Sindku Ta’ Sannat, mil-Viċi Sindku tal-Kalkara u anke mill-Arċipriet tal-Kalkara. Il-kelliema faħħru l-impenn u x-xogħol li preżentaw dawn il-persuni miż-żewġt irħula. Ta’ sodisfazzjoni ġie irrimarkat li kien hemm xogħlijiet ta’ tfal u żgħażagħ. Dawn l-individwi ġew mħeġġa biex jkomplu jiżviluppaw it-talenti tagħhom u l-persuni ta’ esperjenza u l-anzjani jistgħu jgħinu u jgħaddu t-talenti tagħhom liż-żgħar. B’hekk il-kultura tagħna tkompli tikber u titkattar.
Fl-aħħar ta’ attivita l-persuni li ħadu sehem ġew preżentati b’token ta’ tifkira, mill-Viċi Sindku tal-Kalkara s-Sinjura Speranza Chircop.
Story Telling
Tul il-vaganzi tas-sajf, bil-kollaborazzjoni mal-Kunsill skolastiku l-Kunsill organizza attivitajiet għall-istudenti minn tlett snin il-fuq. L-attivitajiet kienu jinvolvu qari ta’ stejjer kif ukoll logħob, kant, żfin, qari ta’ kotba, tpinġija u diversi attivitajiet oħra li permez tagħhom l-istudenti nżammu attivi tul il-ġranet sajfin. L-attivitajiet saru fl-iskola Primarja Profs Ġuże Aquilina.
Skambji Edukattivi u Kulturali.
Din is-sena bħala parti mill-ftehim li sar meta ġie iffirmat il-ġemellaġ bejn ir-raħal tagħna u dak ta’ Pisoniano, provajna li nibdew bi skambju edukattiv għal studenti żgħar. Din kienet ideja nteressanti ħafna, biss il-kunsill sabha ferm diffiċli biex iħajjar lil ġenituri li jibgħatu li tfal tagħhom f’pajjiż barra minn Malta. Saru diversi diskussjonijiet bejn membri taż-żewġ kunsilli, li flimkien iddiskutew il-problemi li setgħu ffaċjaw l-istudenti u anke l-ġenituri.
Waqt il-mawra li d-delegazzjoni minn Pisoniano kellha fil-gżejjer tagħna fil-jiem tal-festa, ittieħdet iżżur l-iskola Primarja ta’ Sannat fejn ġiet milquha b’entjużjażmu kbir mill-istudenti. Waqt din l-okkażżjoni s-Sindku ta’ Pisoniano sab iċ-ċans li jerġa jħajjar lill-istudenti biex jitellgħu jżuru Pisoniano. Is-Sindku ta’ Sannat, flimkien mas-Surmast ta’ l-Iskola Primarja Profs Ġuże Aquilina, ltaqgħu ftit jiem wara u pruvaw jaghmlu l-aħħar sforz biex dan il-ħsieb setgħa jirnexxi.
Fil-fatt nhar is-Sibt 3 ta’ Settembru 2005, grupp ta’ 8 studenti, tlett ġenituri u għalliema akkumpanjati mis-Sindku bdew żjara fir-raħal sabiħ ta’ Pisoniano. Id-delegazzjoni ġiet milqugħa b’entjużjażmu kbir minn tfal u ġenituri li jgħixu f’dan ir-raħal sabiħ. Tul id-disa’ t’ijiem li l-istudenti għamlu f’dan ir-raħal, attendew lezzjonijiet ta’ tagħlim fil-lingwa Taljana, u ġew organizzati diversi attivitajiet ta’ interess li fihom ħadu sehem l-istudenti tagħna flimkien ma l-istudenti ta’ Pisoniano. L-attivitajiet kienu jinkludu ‘treasure hunt’, pittura, disco, reċtar, u logħob. Ħafna mill-attivitajiet saru fl-iskola elementari f’Pisoniano u anke fil-ground tal-futball.
L-Erbgħa 7 ta’ Settembru 2005 id-delegazzjoni minn Sannat kienet mistiedna għal udjenza mal-Papa Benedittu XVI fil-pjazza tal-Vatikan. Fil-ġranet l-oħra ġew mdawra anke f’diversi postijiet ta’ interess, fosthom l-Explora (musew interattiv tat-tfal), iz-zoo ta’ Ruma, il-musew tal-Canapa f’Pisoniano, il-Monasteri ta’ San Benedettu u Santa Skolastika, u is-Santwarju tal-Mentorella.
F’dawn il-jiem l-istudenti flimkien mal-ġenituri sabu ċ-ċans li jitħaltu flimkien ma’ familji oħra minn Pisoniano. Qasmu l-idejat, il-kultura, id-drawwiet u anke kienu mistiedna għall-ikel għand diversi familji. Dan l-iskambju ġie fit-tmiemu nhar it-Tnejn 12 ta’ Settembru 2005.
Il-Kunsill ser jibqa’ jaħdem u jistinka biex dawn l-iskambji jibqgħu iseħħu fl-interess ta’ l-istudenti tagħna