The coat of arms featuring a standing bale of wheat with two scythes above it


  English
  
Mistoqsijiet

1. Fejn jinsab Sannat?
2. Għala Sannat?
3. X'kien l-oriġini ta' Sannat?
4. X'inhuwa l-Kunsill Lokali Sannat?

1. Fejn jinsab Sannat?

Sannat, li huwa wieħed mill-erbatax lokalitajiet f'Għawdex, imiss mal-Baħar Mediterran u jibda fit-truf tal-wita li tinżel ħelu ħelu mir-Rabat, il-Belt tal-gżira Għawdxija u jinsab viċin tal-lokalitajiet tal-Munxar u x-Xewkija. Għandu daqs ta' 3.770 km kwadri.

Lura l'fuq

-----------------------------------------------------------------------
2. Għala Sannat?

In-nisel ta'l-isem Sannat m'huwiex magħruf iżda skond ħafna studjuzi Maltin u barranin dan l-isem ġej minn kelma sined li tfisser ġenb ta' għolja, ftit li xejn wieqfa, għall-kenn mill-irjieħ, imtarraġ u mqassam f'raba mżerżaq.

Lura l'fuq

-----------------------------------------------------------------------
3. X'kien l-oriġini ta' Sannat?

Sannat jaf l-oriġini tiegħu minn żmien il-pre-istorja. Dan nafuh minn fdalijiet u siti f' Ta' Cenc.

Lura l'fuq

-----------------------------------------------------------------------
4. X'inhuwa l-Kunsill Lokali Sannat?

Permezz ta' l-Att dwar il-Kunsill Lokali (1993) Sannat kien wieħed minn fost 67 lokalita' ohra madwar Malta u Għawdex li ngħata l-faċilita' li jkollu l-Kunsill tiegħu. L-ewwel elezzjonijiet saru nhar is-Sibt 19 ta' Marzu 1994. Il-Kunsill Lokali Sannat huwa l-Gvern Lokali responsabbli minn diversi affarijiet fosthom iż-żamma u l-manutenzjoni tal-lokalita'. L-uffiċċju Amministrattiv tal-Kunsill jinsab fi Triq Sannat. F'kull elezzjoni li ssir kull tlett snin ir-residenti jeleġġu ħames Kunsilliera li wara l-istess Kunsilliera jeleġġu minn fosthom lis-Sindku u lill-Viċi Sindku li huma flimkien ma sħabhom il-Kunsilliera huma responsabbli mit-twettieq ta' policy għall-lokalita'.

L-eżekuzzjoni tal-policies tal-Kunsill jitwettqu mis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill bl-għajnuna ta' l-Uffiċjal Eżekuttiv tal-Kunsill.

Lura l'fuq

-----------------------------------------------------------------------

Itla 'l fuq

Sannat_Local_Council
Sannat_Local_Council
| Drittijiet - 2004 |
| Disclaimer (Malti) |
| Segretezza Personali |
| Għajnuna |
| Mistoqsijiet |
| Mappa tas-sit |
| DOI |
| GOV.MT |
Created by Liquid Studios Ltd.